Tagħrif Ġenerali

L-IES iniedi riċerka f’diversi oqsma tax-xjenza ambjentali, b’attenzjoni speċjali fuq ix-xjenza naturali.  F’dawn l-oqsma, l-IES huwa lest biex jikkolabora ma għaqdiet Governattivi, għaqdiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet privati, kemm lokali kif ukoll internazzjonali.

Oqsma ta’ riċerka

Baħar

  • Ekoloġija tal-baħar;
  • Listi ta’ speċi;
  • Klassifikazzjoni tal-flora u tal-fawna;
  • Studji ta’ popolazzjonijiet ta’ speċi;
  • Studji ta' l-impatti ta’ l-iżvilupp tal-kosta fuq in-nisġa ta’ l-ispeċi u l-ambjenti naturali tagħhom;
  • Studji dwar l-impatt ta’ l-akwakultura u ta’ attivitajiet tal-bniedem il-barra mill-kosta fuq in-nisġa tal-ħajja tal-baħar u l-ambjent naturali tagħha.
  • Moniteraġġ ta’ l-impatt tat-tibdil kemm naturali, kif ukoll dak mill-bniedem, u t-tniġġiż fuq in-nisġa tal-ħajja tal-baħar u l-ambjent naturali tagħha.
  • Studji, moniteraġġ u mmaniġġar ta’ riservi naturali tal-baħar mħarsa.
  • Studji bażiċi u moniteraġġ tal-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi tal-fond ta’ l-ilma u tan-naqal fi nħawi viċin il-kosta u dawk barra l-kosta.

Art u Ilma Helu

  • Ekoloġija ta’ fuq l-art, ta’ l-ilma ħelu, kif ukoll tat-tfassil ta’ l-art;
  • Studji bażiċi tal-flora, tal-fawna u ta' l-ambjent naturali tagħhom;
  • Lista ta’ speċi;
  • Klassifikazzjoni tal-flora u tal-fawna;
  • Studji tal-popolazzjoni ta’ l-ispeċi;
  • Studji bażiċi, moniteraġġ u mmaniġġar ta’ żoni ta’ konservazzjoni ta’ fuq l-art.
  • Studji ta’ l-impatti fuq l-art ta’ l-iżvilupp, tat-tniġġiż u ta’ attivitajiet oħra tal-bniedem, fuq il-flora, il-fawna u l-ambjent naturali tagħhom.
  • Studji bażiċi u moniteraġġ ta’ l-ambjent ta’ l-ilma ħelu, ta’ l-ilma salmastru, tan-naqal, ramel u ħama, u tal-ħamrija.

Katalgi (Databases)

  • Il-flora, il-fawna u l-ambjent naturali tagħhom;
  • Tagħrif fiżiku-kemikali;
  • Flora u fawna rari, mheddin u endemiċi.
 
 

Institute for Environmental Studies ©2007
All rights reserved.

English     Malti  

Aħbarijiet u Avviżi

more

Korsijiet imfasslin għal matul l-2008 

 

Wara s-suċċess tal-kors introduttorju fuq il-flora, l-fawna u l-ambjent naturali tal-Gżejjer Maltin, li kien imniedi aktar kmieni din is-sena, l-IES qed jipprepara kors intermedjarju bl-istess tema. Dan il-kors ser jittella’ bejn is-17 u s-26 ta' Novembru 2008.

 

Korsijiet

more

L-IES joffri numru ta’ korsijiet qosra marbuta max-xjenzi ambjentali.  Korsijiet fit-tul li jwasslu għal-degree jew diploma, għadhom mhux qed jiġu offruti għalissa.

Riċerka

more

L-IES għandu rabta mar-riċerka fix-xjenzi ambjentali, b’attenzjoni speċjali dwar l-ekoloġija u x-xjenzi naturali.

Attivitajiet imwettqa

Laqgħat għall-operaturi u l-impjegati ta' l-irziezet tal-ħut

 

Dawn il-laqgħat jiġbru fihom numru ta’ taħdidiet fuq aspetti bażiċi tal-ħajja ta’ taħt il-baħar u l-ambjenti tagħha, it-tkabbir tal-ħut u l-moniteraġġ ta’ l-attivitajiet ta' l-irziezet tal-ħut.

Attivitajiet ta' dan l-aħħar

more

L-Ambjent naturali u l-ħajja li tgħix fihom fil-gżejjer Maltin

 

Dan il-kors ta' nntroduzzjoni fuq il-flora, l-fawna u l-ambjent naturali tal-Gżejjer Maltin ttella' mill-IES bejn is-17 u s-26 ta' Novembru 2008.

 

 

Introduzzjoni għall-EIA

 

L-IES tella’ kors ta’ jumejn fuq il-prinċipji ta' l-istima ta’ l-impatt fuq l-ambjent bejn l-24 u l-25 ta’Ġunju 2008, bħala l-ewwel minn sensiela ta' korsijiet fuq l-istima ta’ l-impatt fuq l-ambjent.

 

 

EIA u SEA: passat, preżent u futur

 

L-IES tella’ seminar ta’ jumejn fuq l-istima ta’ l-impatt fuq l-ambjent u l-istima strateġika mill-aspett ambjentali.  Dan is-seminar ittella’ bejn it-8 u d-9 ta’April 2008.

 

 

Siġar Indiġeni Maltin

 

L-IES tella' kors qasir filgħaxija fuq is-siġar indiġeni Maltin, bejn il-11 u t-13 ta’ Frar 2008.  Minħabba t-talba li kien hemm għal dan il-kors, dan reġa ġie mtella’ bejn it-18 u l-20 ta’ Frar 2008.

 

 

Seminar ta’ taħriġ dwar l-analiżi ta’ EIA

 

L-IES flimkien ma’ Sherwood Sustainability & Environmental Associates (UK), tellgħu seminar ta’ ġurnata fuq Environmental Impact Assessment, Review Training.  Dan is-seminar sar fis-7 ta’ Novembru 2007 fil-Hotel Coastline fejn reġa ġie mtella’ l-għada t-8 ta’ Novembru 2007.

 

 

Seminar ta’ taħriġ għall-ħaddiema tal-kosta

29 ta' Ottubru 2007

 

Dan is-seminar bil-Malti ta’ nofs ta’ nhar, kien jifforma parti minn attivitajiet li l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta għandha l-ħtieġa li tagħmel bħala parti mill-proċess biex tagħżel żewġt ixtut lokali biex jiġu meqjusa bħala xtut Blue Flag.

 

 

Bidu għall-Eko Diving

3 ta' Awissu 2007

 

Il-kunċett ġdid ta’ Eko Diving, ġie varat fil-Hotel Coastline bil-għan li joffri attività ta’ għadds ġdid għal dawk li jixtiequ jsiru jafu aktar fuq l-ambjent tal-baħar tal-Mediterran.

 

 

Taħriġ bażiku fil-bioloġija tal-baħar I

 

Dan il-kors offra tagħrif fuq l-aspetti differenti ta’ l-ambjent tal-baħar, kif ukoll żjarat kemm viċin u taħt il-baħar kif ukoll fil-laboratorju.

 

Wirja ta’ tagħrif fid-Dwejra Tower – Għawdex 

 

Plakek b’tagħrif fuq iż-Żona Marittima Mħarsa li hemm fid-Dwejra Heritage Park Għawdex, ġew iddiżinjati bla ħlas mill-IES u mgħoddija lin-Nature Trust.

Made by
Square Concept