Aħbarijiet u Avviżi

 

Korsijiet matul l-2008

 

Korsijiet fuq l-Ambjenti Naturali u l-Ħajja li tgħix fihom fil-gżejjer Maltin

Kun af aktar dwar il-flora u l-fawna tal-gżejjer Maltin

L-ambjenti naturali tal-gżejjer Maltin huma sinjuri bi speċi indiġeni ta’ flora u fawna.  Dan ser ikun is-suġġett ta’ kors ieħor li sejjer jiġi mniedi mill-IES.  Dan il-kors huwa maqsum fi tliet partijiet: dik introduttorja; dik intermedjarja, u dik avvanzata.

L-ewwel parti li ntroduċiet dan is-suġġett saret bejn it-18 u s-27 ta' Ġunju 2008. Il-kors intermedjarju "L-Ambjent naturali u l-ħajja li tgħix fihom fil-gżejjer Maltin" ser jittella’ bejn is-17 u s-26 ta' Novembru 2008 u hu mibni fuq sitt taħdidiet filgħaxija. Dawn it-taħdidiet kollha ser jiġu mmexxija minn esperti lokali fuq il-biodiversità u l-ambjent naturali tal-gżejjer Maltin. Din it-tieni parti se tittratta' aspetti dwar a) l-ambjenti naturali tal-gżejjer Maltin; b) il-bijoloġija tal-pjanti; c) invertebrati u vertebrati; d) l-għasafar; u e) legislazzjoni u ħarsa lejn il-ħarsien tal-biodiversità.

Aktar informazzjoni

Applikazzjoni

Titlifx din l-opportunità biex issir taf aktar fuq l-ambjent naturali ta’ pajjiżna.  Kellimna biex nibagħtulek aktar tagħrif fuq dawn il-korsijiet.

                   

     Iż-Żagħfran Salvaġġ

   Yellow-throated crocus

 Il-gremxula tal-gżejjer ta’

           San Pawl

 Waħda mill-mijiet ta’ fjuri

 salvaġġi li jżejjnu l-kampanja

              Maltija.

  St. Paul’s Island Lizard

 

 

                                            

                             Il-farfett tal-Busbież

                                Swallowtail Butterfly

 

 

 

Institute for Environmental Studies ©2007
All rights reserved.

English     Malti  

Aħbarijiet u Avviżi

more

Korsijiet imfasslin għal matul l-2008 

 

Wara s-suċċess tal-kors introduttorju fuq il-flora, l-fawna u l-ambjent naturali tal-Gżejjer Maltin, li kien imniedi aktar kmieni din is-sena, l-IES qed jipprepara kors intermedjarju bl-istess tema. Dan il-kors ser jittella’ bejn is-17 u s-26 ta' Novembru 2008.

 

Korsijiet

more

L-IES joffri numru ta’ korsijiet qosra marbuta max-xjenzi ambjentali.  Korsijiet fit-tul li jwasslu għal-degree jew diploma, għadhom mhux qed jiġu offruti għalissa.

Riċerka

more

L-IES għandu rabta mar-riċerka fix-xjenzi ambjentali, b’attenzjoni speċjali dwar l-ekoloġija u x-xjenzi naturali.

Attivitajiet imwettqa

Laqgħat għall-operaturi u l-impjegati ta' l-irziezet tal-ħut

 

Dawn il-laqgħat jiġbru fihom numru ta’ taħdidiet fuq aspetti bażiċi tal-ħajja ta’ taħt il-baħar u l-ambjenti tagħha, it-tkabbir tal-ħut u l-moniteraġġ ta’ l-attivitajiet ta' l-irziezet tal-ħut.

Attivitajiet ta' dan l-aħħar

more

L-Ambjent naturali u l-ħajja li tgħix fihom fil-gżejjer Maltin

 

Dan il-kors ta' nntroduzzjoni fuq il-flora, l-fawna u l-ambjent naturali tal-Gżejjer Maltin ttella' mill-IES bejn is-17 u s-26 ta' Novembru 2008.

 

 

Introduzzjoni għall-EIA

 

L-IES tella’ kors ta’ jumejn fuq il-prinċipji ta' l-istima ta’ l-impatt fuq l-ambjent bejn l-24 u l-25 ta’Ġunju 2008, bħala l-ewwel minn sensiela ta' korsijiet fuq l-istima ta’ l-impatt fuq l-ambjent.

 

 

EIA u SEA: passat, preżent u futur

 

L-IES tella’ seminar ta’ jumejn fuq l-istima ta’ l-impatt fuq l-ambjent u l-istima strateġika mill-aspett ambjentali.  Dan is-seminar ittella’ bejn it-8 u d-9 ta’April 2008.

 

 

Siġar Indiġeni Maltin

 

L-IES tella' kors qasir filgħaxija fuq is-siġar indiġeni Maltin, bejn il-11 u t-13 ta’ Frar 2008.  Minħabba t-talba li kien hemm għal dan il-kors, dan reġa ġie mtella’ bejn it-18 u l-20 ta’ Frar 2008.

 

 

Seminar ta’ taħriġ dwar l-analiżi ta’ EIA

 

L-IES flimkien ma’ Sherwood Sustainability & Environmental Associates (UK), tellgħu seminar ta’ ġurnata fuq Environmental Impact Assessment, Review Training.  Dan is-seminar sar fis-7 ta’ Novembru 2007 fil-Hotel Coastline fejn reġa ġie mtella’ l-għada t-8 ta’ Novembru 2007.

 

 

Seminar ta’ taħriġ għall-ħaddiema tal-kosta

29 ta' Ottubru 2007

 

Dan is-seminar bil-Malti ta’ nofs ta’ nhar, kien jifforma parti minn attivitajiet li l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta għandha l-ħtieġa li tagħmel bħala parti mill-proċess biex tagħżel żewġt ixtut lokali biex jiġu meqjusa bħala xtut Blue Flag.

 

 

Bidu għall-Eko Diving

3 ta' Awissu 2007

 

Il-kunċett ġdid ta’ Eko Diving, ġie varat fil-Hotel Coastline bil-għan li joffri attività ta’ għadds ġdid għal dawk li jixtiequ jsiru jafu aktar fuq l-ambjent tal-baħar tal-Mediterran.

 

 

Taħriġ bażiku fil-bioloġija tal-baħar I

 

Dan il-kors offra tagħrif fuq l-aspetti differenti ta’ l-ambjent tal-baħar, kif ukoll żjarat kemm viċin u taħt il-baħar kif ukoll fil-laboratorju.

 

Wirja ta’ tagħrif fid-Dwejra Tower – Għawdex 

 

Plakek b’tagħrif fuq iż-Żona Marittima Mħarsa li hemm fid-Dwejra Heritage Park Għawdex, ġew iddiżinjati bla ħlas mill-IES u mgħoddija lin-Nature Trust.

Made by
Square Concept