|
Tagħrif Ġenerali
L-IES joffri numru
ta’ korsijiet qosra
fix-xjenza
ambjentali. Dawn
il-korsijiet huma
offruti f’numru ta’
livelli li għandhom
firxa minn livelli
ntroduttorji sa dawk
aktar avvanzati u
oħrajn li jwasslu
għall-programmi
speċjalizzati ta’
studju. Korsijiet
fit-tul li jwasslu
għal degree jew diploma,
mhumiex offruti
għalissa.
Dawk li jixtiequ
jattendu għal xi
kors introduttorju
m’għandhomx bżonn xi
kwalifiċi speċjali,
iżda dawk li
jixtiequ jattendu
għall-korsijiet
avvanzati jeħtieġ li
jkollom kwalifiċi
fuq ix-xjenzi bażiċi
(bioloġija, fiżika u
kimika). F’uħud
mill-korsijiet, meta
applikant jattendi
b’suċċess għal xi
kors relatat, dan
jista jkun
eliġibbli biex
jattendi kors aktar
avvanzat.
Lista ta’ korsijiet
Korsijiet
Ġenerali (G)
Referenza |
Suġġett
tal-kors |
G 001 |
Ħarsa lejn l-ambjent
naturali tal-Mediterran |
G 002 |
L-ambjent u l-ħajja
tal-baħar fil-Mediterran |
G 003 |
L-istorja
naturali tal-gżejjer
Maltin |
G 004 |
L-ambjenti fuq
l-art u dawk mgħarqa
ta’ l-ilma ħelu
tal-gżejjer
Maltin |
G 005 |
Karatteristiċi
ambjentali
tal-gżejjer
Maltin |
Korsijiet fuq suġġetti
speċifiċi (S)
Referenza |
Suġġett
tal-kors |
S 001 |
Bioloġija bażika
tal-baħar (I) |
S 002 |
Bioloġija bażika
tal-baħar (II) |
S 003 |
Bioloġija
avvanzata tal-baħar |
S 004 |
Kors
introduttorju
dwar il-flora,
il-fawna u l-ambjent
naturali ta'
l-art fil-gżejjer
Maltin |
S 005 |
Kors intermedju
dwar il-flora,
il-fawna u l-ambjent
naturali ta'
l-art fil-gżejjer
Maltin |
S 006 |
Kors avvanzat
dwar il-flora,
il-fawna u l-ambjent
naturali ta'
l-art fil-gżejjer
Maltin |
S 007 |
Siġar
Indiġeni Maltin* |
*
Kors bill-lingwa
Maltija
Korsijiet
fil-konservazzjoni
u l-immaniġġar ta’
l-ambjent (fi sfond
Mediterranju) (CM)
Referenza |
Suġġett
tal-kors |
CM 001 |
Konservazzjoni
tar-riżorsi
naturali |
CM 002 |
Kunċetti
ambjentali
għall-periti u
għall-iżviluppaturi |
CM 003 |
Ix-xtajtiet u l-immaniġġar
tagħhom |
CM 004 |
Liġijiet
ambjentali
Maltin |
CM 005 |
L-użu sostenibli
ta’ l-ambjent |
CM 006 |
Żoni tal-kosta
ta’
konservazzjoni |
Korsijiet Imfassla għal
matul l-2008

Wara s-suċċess ta'
l-ewwel kors
introduttorju imniedi
mill-IES għal din
is-sena
'L-Ambjent naturali u l-ħajja
li tgħix fihom fil-gżejjer
Maltin I',
l-IES qed ifassal
kors intermedjarju
'L-Ambjent naturali u l-ħajja
li tgħix fihom fil-gżejjer
Maltin II'
Dan il-kors sejjer jittella’ bejn
is-17 u s-26 ta'
November
2008.
Għal aktar tagħrif,
jekk jogħġbok
ikkuntattjana.
Programmi edukattivi
oħra
Ħarġiet ekoloġiċi
Eko Diving – mawriet
ekoloġiċi taħt
il-baħar
għall-għaddasa
Għawma ekoloġika
taħt il-baħar
Ħarġa ekoloġika fuq
ix-xatt
Ħarġa ekoloġika fuq
l-art
Diskussjonijiet
Diskussjonijiet fuq
l-ambjent
Diskussjonijiet
mitluba fuq suġġetti
speċifiċi
Materjal
edukattiv
Materjal edukattiv
mitlub u mħejji
apposta
Tagħrif mitlub aktar
fid-dettal
Għal aktar tagħrif
dwar korsijiet u
attivitajiet
edukattivi li l-IES
joffri, wieħed huwa
ġentilment mitlub li
jkellimna.
Jekk inti tixtieq li
l-IES jibda jżommok
aġġornat b'korsijiet
ġodda li jkunu
mfassla kif ukoll
bil-programmi
edukattivi, jekk
jogħġbok ibgħatilna
email biex turina li
tixtieq li nżommu
kuntatt miegħek.
|