|
Attivitajiet ta' dan l-aħħar
EIA u SEA:
passat, preżent u futur
L-IES tella’
seminar ta’ jumejn
fuq l-istima ta’ l-impatt
fuq l-ambjent (EIA)
u l-istima
strateġika mill-aspett
ambjentali (SEA).
Dan is-seminar
ittella’ bejn it-8 u
d-9 ta’April 2008 u
kien imexxi
mill-Professur Brian
D. Clark
mill-Universita’ ta’
Aberdeen, li hu
espert fuq stimi
ambjentali, bi tnejn
u għoxrin sena ta’
esperjenza
fl-ippjanar u
l-immaniġġar ta’
l-ambjent urban u
dak reġjonali
fir-Renju Unit,
l-Ewropa u pajjiżżi
oħra.
Is-seminar kien
iddisinjat biex
jgħarraf lill-parteċipanti
dwar ir-rwol tal-proċess
ta’ l-SEA, li
jassigura s-sostenibbilta’
tad-deċiżjonijiet
strateġiċi. Dan
iwassal għall-EIA
aktar effiċjenti fuq
livell ta’ proġett.
Għal dan is-seminar
attendew
professjonisti fl-ippjanar,
dawk li huma nvoluti
f’politka u
deċiżjoniet,
konsulenti fil-qasam
ta’ l-ambjent u
professjonisti li
jispeċjalizzaw fi
stimi, ippjanar u
mmaniġġar ambjentali,
mis-settur pubbliku
kif ukoll mis-dak
privat.

Ritratt
meħud waqt
is-seminar
Siġar Indiġeni
Maltin
Dan il-kors qasir li
sar filgħaxija
ttella bejn il-11 u
t-13 ta’ Frar 2008.
Iżda, minħabba
t-talba kbira li
kien hemm għal dan
il-kors, reġa sar
bejn it-18 u l-20
ta’ Frar 2008.
Il-kors, li kien
bil-Malti, ġibed
numru ta’
parteċipanti minn
oqsma differenti. Fost
dawn kien hemm dawk
minn entitajiet
governattivi, bħal
ngħidu aħna,
mill-Kunsilli Lokali,
uffiċjali
mill-Awtorità
Maltija ta’
l-Ambjent u
l-Ippjanar (MEPA),
uffiċjali u
ġardinara
mill-Ministeru ta’
l-Affarijiet Rurali
u l-Ambjent (MRAE).
Parteċipanti oħra
kienu msieħba
f’għaqdiet mhux
governattivi (NGOs),
f’entitajiet privati, kif ukoll ġardinara,
u membri
tal-pubbliku
nġenerali.

Seminar
ta’ taħrig
fl-analiżi ta’ l-EIA
L-IES u Sherwood
Sustainability&
Environmental
Associates
organizzaw seminar
ta’ ġurnata
bit-tema: Taħriġ
fl-Analiżi ta’
l-Istimi ta’
l-Impatti
Ambjentali (EIA).
Dan is-seminar sar
fis-7 ta’ Novembru
2007, u reġa ġie
repetut fit-8 ta’
Novembru 2007,
id-darbtejn
fil-Coastline Hotel.

Karl Fuller, id-Direttur ta’ Sherwood Sustainability
& Environment
Associates, mexxa
dan is-seminar.
L-għan ta’ dan
is-seminar kien biex
il-parteċipanti
jsiru aktar kapaċi
janalizzaw l-istimi
ta’ l-impatti
ambjentali (EIAs)
kif ukoll, biex
jifhmu d-dokumenti
ta’ l-EIAs, filwaqt
li jużaw l-aħjar
mezz biex jiktbu u
janalizzaw l-EIA, u
jaslu biex jgħarfu
l-problemi
sinifikanti.
Għal dan is-seminar
ta’ taħriġ kien hemm
numru sabiħ ta’
parteċipanti minn
numru ta’ taqsimiet
tal-MEPA – l-Awtorità
Maltija
għall-Ambjent u l-Ippjanar,
fosthom mit-Taqsima
tal-Ħarsien tan-Natura
(NPU), mit-Taqsima
ta’ l-Ilqugħ u l-Kontroll
tat-Tniġġis (PPCU),
mit-Taqsima ta’ l-Immaniġġar
ta’ l-Iskart (RMU),
mill-bordijiet
konsultattivi,
fosthom il-Kumitat
Konsultattiv
tal-Wirt Naturali (NHAC),
u anki parteċipanti
professjonisti li
ġew minn numru ta’
kumpaniji privati li
jispeċjalizzaw fl-ippjanar
u fl-istimi ta’ l-impatti
ambjentali, kif
ukoll esperti
fil-qasam ta’
l-ambjent.

Il-ftuħ tas-seminar minn Karl Fuller (xellug),
Direttur ta’
Sherwood
Sustainability &
Environment
Associates, flimkien
ma’ Alfred E.
Baldacchino (lemin)
Direttur
tal-Proġetti (Komunikazzjoni,
Edukazzjoni, u
Tisħiħ tal-Kuxjenza
Pubblika – CEPA) ta’
l-IES.
Seminar ta’ taħriġ għall-ħaddiema tal-bajjiet
L-Istitut għal
Studji Ambjentali –
IES, organizza
seminar ta’ nofs
ġurnata
għall-ħaddiema
tal-bajjiet. Dan
sar bħala parti
mill-programm ta’
l-Awtorità
tat-Turiżmu ta’
Malta biex
tinnomina żewġ
bajjiet lokali bħala
bajjiet Blue Flag.
Iż-żewġ bajjiet li
qiegħdin jiġu
kkunsidrati bħala
bajjiet Blue Flag
huma l-Bajja ta’ San
Ġorg, San Ġiljan,
fejn ġie miżjud
ir-ramel fil-bajja,
u dak f’Buġibba.

Dan is-seminar li
kien imfassal
għall-ħaddiema
tal-bajjiet ta’ l-Awtorità
tat-Turiżmu ta’
Malta, bil-għan li
jwassal tagħrif
lill-ħaddiema
tal-bajjiet dwar is-sistema
tal-Blue Flag, u l-kriterji
meħtieġa biex
bajjiet jakkwistaw
il-Blue Flag,
tagħrif fuq
il-proġetti
tal-bajjiet
artifiċjali ta’ San
Ġorg u ta’ Buġibba,
l-immaniġġar
tal-bajjiet, kif
ukoll tagħrif fuq
il-ħajja u l-ambjent
naturali tal-baħar.

Minbarra l-IES, taw
sehemhom ukoll in-NatureTrust
(Malta), kif ukoll
l-ADI Associates
Environmental
Consultants. Fost
il-parteċipanti li
attendaw għal dan
is-seminar, kien
hemm Beach Cleaners,
Life Guards, Beach
Supervisors, il-Beach
Manager, u uffiċjali
għolja mill-Awtorità
tat-Turiżmu. Dawk
kollha li attendew
ġew mgħotija
ċertifikat ta’
attendenza.
Bidu għall-Eko
Diving
Il-kunċett ġdid ta’
l-Eko Diving -
Għadds ekoloġiku
– ġie varat fit-3 ta’
Awissu 2007 fil-Coastline
Hotel. Fost
il-mistidnin kien
hemm skejjel ta’ l-għadds,
għaqdiet ta’ l-għadds,
u
organizzazzjonijiet
oħra li għandhom
interess fl-għadds.
Ftit ġranet wara li
dan il-kunċett ġie
varat, l-IES,
offra żewġ għadsiet
ta’ prova lill-dawk
interessati. Dawn
ġew milqugħa tajjeb
minn dawk li
ħadu
sehem.
Eco Diving huwa fost
l-attivitajiet
edukattivi li l-IES
qiegħed joffri.
Jekk inti tixtieq li
tiehu sehem f’xi
waħda minn dawn l-għaddsiet
ekoloġiċi, jekk
jogħġbok
kellimna.
Ritratti meħuda waqt
l-attivita
3 ta'
Awissu 2007, Coastline
Hotel
Taħriġ bażiku
fil-bioloġija
tal-baħar I
Kors ieħor li l-IES
organizzat dan
l-aħħar kien dak
fit-taħrig bażiku
fil-bioloġija
tal-baħar. Dan
tmexxa wieħed
f’Mejju u l-ieħor
f’Settembru
2007. Dawn
iż-żewġ korsijiet
kellhom kemm
lezzjonijiet, kif
ukoll ħin
fil-laboratorju u
anki ħdejn
il-baħar. Fit-tnejn
kien hemm numru
sabiħ ta’ dawk li
ħadu sehem li fost
oħrajn, kienu
għaddasa
biċ-ċilindri,
snorkelers, u
impjegati ta’
organizzazzjonijiet
tal-gvern. Fost l-għaddasa
biċ-ċilindri kien
hemm uħud li huma
wkoll għalliema ta’
l-għadds fl-iskejjel
ta’ l-għadds, kif
ukoll imsieħba fl-għaqdiet
ta’ l-għadds.
Wieħed jista’ jara
aktar tagħrif fuq
il-kontenut ta’ dan
il-kors:
Kontenut tal-kors
Xi ritratti
meħuda matul dan
il-kors
Uħud minn dawk li
ħadu sehem
 
Parteċipanti waqt
l-attivita viċin
il-baħar

Waqt it-taħriġ
fil-laboratorju

Parteċipanti waqt
id-diskussjoni fi gruppi
|