Għanijiet ta' L-IES

Wieħed mill-għanijiet prinċipali ta’ l-IES huwa li titqajjem kuxjenza pubblika dwar l-impatti negattivi fuq l-ambjent minħabba l-aġir tal-bniedem li f’dawn l-aħħar snin qiegħed dejjem jiżdied b’rata mgħaġġla.  Fost dawn insibu t-tniġġis kemm ta’ l-arja kif ukoll tal-baħar, l-esplojtazzjoni bla heda tar-riżorsi naturali, l-iżvilupp tal-kosta u ta’ l-art, l-għibien ta’ l-ispeċi, u numri ta’ impatti negattivi oħra kollha riżultat ta’ l-attivitajiet tal-bniedem.  Dawn mingħajr dubju, qed ikollhom impatt negattiv fuq il-kwalitą tal-ħajja kemm tal-bniedem kif ukoll fuq dik ta’ l-ambjent.

It-tixrid taż-żejt, ir-rimi ta’ l-iskart, il-ħelsien tal-gassijiet fl-arja, iż-żieda fit-temperatura tad-dinja, it-telfien tal-biodiversitą u problemi ambjentali oħra ta’ spiss huma l-bażi ta’ diskussjonijiet, kemm fil-gazzetti kif ukoll fl-aħbarijiet dinjija.  Numru ta’ organizzazzjonijiet akkademiċi u oħrajn ta’ riċerka, ħejjew studji biex jgħinuna nifhmu l-implikazzjonijiet ta’ dawn l-impatti negattivi fuq l-ambjent tagħna, filwaqt li prodotti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent ġew imfassla biex inaqqsu dawn l-impatti negattivi.  Iżda minkejja dan, għadna ferm il-bogħod milli nifhmu u naċċettaw dan. Tagħrif ieħor ġdid fuq dawn l-impatti negattivi qiegħed jiġi mxerred aktar. Dan qed jagħmilna aktar konxji mill-ħtieġa għall-ħarsien u l-immaniġġar ta’ l-ambjent, li jridu jkunu msejsa fuq tagħrif  xieraq miġbur b’riċerka xjentifika.

Fil-gżejjer Maltin, ir-rimi ta’ l-iskart, it-tniġġis, it-telf ta’ l-ambjent naturali minħabba żvilupp fuq l-art u matul il-kosta, l-esploitazzjoni bla rażan tar-riżorsi naturali, il-ħelsien ta’ gassijiet fl-atmosfera, l-implimentazzjoni effetttiva tal-ħarsien u l-imaniġġjar ta' l-ambjent naturali, u t-tfittix għall-sorsi alternattivi ta’ enerġija, ta’ spiss huma fatturi prinċipali.  Filwaqt li sforzi qed isiru biex jissalvagwardaw l-ambjent u biex il-kwalitą titjieb, hemm ħafna oqsma fejn it-tagħrif u l-għarfien huma nieqsa.  Anki tagħrif bażiku, bħal ngħidu aħna, lista ta’ speċi li għandna, u tagħrif fuq il-firxa u fejn jinstabu dawn l-ispeċi u l-ambjenti naturali tagħhom, huma nieqsa.

Għalhekk, l-għan ewlieni ta’ l-IES huwa li  jgħin biex ikollna ambjent b’saħħtu u sostenibbli permezz tat-tferrix u l-ġbir ta’ tagħrif ġdid.  L-għanijiet prinċipali tagħna jiġbru fihom il-ħarsien tal-biodiversitą u l-ambjent naturali, l-immaniġġar effettiv u l-użu sostenibbli ta’ l-ambjent, ir-restawr ta’ l-ambjenti degradati, it-titjib tal-kwalitą ta’ l-ambjent, u t-tfassil immirat biex jitnaqqsu l-impatti negattivi fuq l-ambjent.  Imma dawn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu biss billi jittieħdu deċiżjonijiet li jkunu msejjsa fuq it-tagħrif xjentifiku.

L-Istitut għal Studji Ambjentali jaħdem biex jilħaq dawn l-għanijiet permezz ta’ l-edukazzjoni u r-riċerka. L-Edukazzjoni twassal għall-aprezzament pożittiv ta’ l-ambjent fost il-pubbliku nġenerali, li twassal għall-ambjent b’saħħtu u sostenibbli.  Barra minn hekk l-istudju u l-iżvilupp professjonali bla heda li jista’ jintlaħaq kemm mill-gradwati kif ukoll mill-professjonisti bil-għajnuna ta’ korsijiet qosra u intensivi, u programmi ta’ taħrig, jipprovdi mezz għat-tixrid tas-sejbiet aħħarin tar-riċerka li jgħinu lil dawk li jipparteċipaw biex ikunu aġġornati bl-aħħar żviluppi fil-qasam tax-xjenza ambjentali.  It-tixrid tat-tagħrif dwar l-ambjent, mingħajr dubju jgħin lil dawk kollha li b’xi mod huma midħla ta’ dan is-suġġett, bħal ngħidu aħna, il-periti, dawk li jfasslu l-użu ta’ l-art u anki l-iżviluppaturi, u dawk li b’xi mod jużaw, direttament jew indirettament l-art jew il-baħar.  Dan it-tagħrif xjentifiku jgħin biex tiġi mirquma strateġja għall-użu sostenibbli tar-riżorsi, kif ukoll fl-użu ta’ teknika biex jiġu mnaqqsa l-impatti negattivi fuq l-ambjent.

It-tagħrif huwa msejjes fuq ir-riċerka.  In-nuqqasijiet fil-qasam tat-tagħrif f’numru ta’ oqsma ta’ l-ambjent jistgħu jiġu ndirizzati biss permezz tar-riċerka.  Huwa għalhekk li l-IES tniedi riċerka xjentifika, b’emfasi fuq l-ambjent tal-Mediterran.  L-attivitajiet ta’ l-IES jiġbru fihom tagħrif bażiku (karatteristiċi ambjentali fiżiċi, kimiċi u bioloġiċi), riċerka applikata, u moniteraġġ ta’ bidliet ambjentali matul iż-żmien.

Fl-aħħarnett, imma mhux lanqas, l-IES tagħmel ħilitha kollha biex ixxerred it-tagħrif u l-għarfien miksub mir-riċerka billi torganizza programmi edukattivi u tippublika dawn is-sejbiet tar-riċerka tagħha.

 

Min Aħna

L-IES huwa mmexxi minn numru ta’ akkademiċi u riċerkaturi b’esperjenza u bi kwalifikazzjonijiet.  Uħud minnhom diġa taw sehemhom fi programmi ta’ tagħlim kemm f’livell avvanzat,  kif ukoll f’dak universitarju, u f’riċerka, studji u pubblikazzjonijiet ambjentali.

 

Miri għall-futur

L-ambjent tagħna lkoll qiegħed għaddej minn tibdiliet mgħaġġla, ħafna minnhom għandhom implikazzjonijiet kbar kemm fuq il-flora u l-fawna li jaqsmu din id-dinja magħna, kif ukoll fuq il-kwalitą tal-ħajja u tas-saħħa.  Ħafna minn dawn l-impatti negattivi fuq l-ambjent għandhom il-bidu tagħhom minn attivitajiet tal-bniedem.  Huwa kważi mpossibbli biex wieħed iwarrab l-impatti negattivi ta’ l-attivitajiet tal-bniedem fuq l-ambjent, l-aktar meta wieħed iqis it-tkabbir mgħaġġel tal-popolazzjoni tal-bniedem.  Imma jista’ jsir ħafna bit-tixrid tat-tagħrif, billi titqajjem kuxjenza pubblika fuq kif dawn l-impatti negattivi jistgħu jitnaqqsu, u billi ssir aktar riċerka biex jinkiseb it-tagħrif tant meħtieġ fuqhiex jittieħdu d-deċiżjonijiet f’waqthom dwar l-ippjanar u l-immaniġġar ta’ l-ambjent.

 

 

Institute for Environmental Studies ©2007
All rights reserved.

English     Malti  

Aħbarijiet u Avviżi

more

Korsijiet imfasslin għal matul l-2008 

 

Wara s-suċċess tal-kors introduttorju fuq il-flora, l-fawna u l-ambjent naturali tal-Gżejjer Maltin, li kien imniedi aktar kmieni din is-sena, l-IES qed jipprepara kors intermedjarju bl-istess tema. Dan il-kors ser jittella’ bejn is-17 u s-26 ta' Novembru 2008.

 

Korsijiet

more

L-IES joffri numru ta’ korsijiet qosra marbuta max-xjenzi ambjentali.  Korsijiet fit-tul li jwasslu għal-degree jew diploma, għadhom mhux qed jiġu offruti għalissa.

Riċerka

more

L-IES għandu rabta mar-riċerka fix-xjenzi ambjentali, b’attenzjoni speċjali dwar l-ekoloġija u x-xjenzi naturali.

Attivitajiet imwettqa

Laqgħat għall-operaturi u l-impjegati ta' l-irziezet tal-ħut

 

Dawn il-laqgħat jiġbru fihom numru ta’ taħdidiet fuq aspetti bażiċi tal-ħajja ta’ taħt il-baħar u l-ambjenti tagħha, it-tkabbir tal-ħut u l-moniteraġġ ta’ l-attivitajiet ta' l-irziezet tal-ħut.

Attivitajiet ta' dan l-aħħar

more

L-Ambjent naturali u l-ħajja li tgħix fihom fil-gżejjer Maltin

 

Dan il-kors ta' nntroduzzjoni fuq il-flora, l-fawna u l-ambjent naturali tal-Gżejjer Maltin ttella' mill-IES bejn is-17 u s-26 ta' Novembru 2008.

 

 

Introduzzjoni għall-EIA

 

L-IES tella’ kors ta’ jumejn fuq il-prinċipji ta' l-istima ta’ l-impatt fuq l-ambjent bejn l-24 u l-25 ta’Ġunju 2008, bħala l-ewwel minn sensiela ta' korsijiet fuq l-istima ta’ l-impatt fuq l-ambjent.

 

 

EIA u SEA: passat, preżent u futur

 

L-IES tella’ seminar ta’ jumejn fuq l-istima ta’ l-impatt fuq l-ambjent u l-istima strateġika mill-aspett ambjentali.  Dan is-seminar ittella’ bejn it-8 u d-9 ta’April 2008.

 

 

Siġar Indiġeni Maltin

 

L-IES tella' kors qasir filgħaxija fuq is-siġar indiġeni Maltin, bejn il-11 u t-13 ta’ Frar 2008.  Minħabba t-talba li kien hemm għal dan il-kors, dan reġa ġie mtella’ bejn it-18 u l-20 ta’ Frar 2008.

 

 

Seminar ta’ taħriġ dwar l-analiżi ta’ EIA

 

L-IES flimkien ma’ Sherwood Sustainability & Environmental Associates (UK), tellgħu seminar ta’ ġurnata fuq Environmental Impact Assessment, Review Training.  Dan is-seminar sar fis-7 ta’ Novembru 2007 fil-Hotel Coastline, fejn reġa ġie mtella’ l-għada t-8 ta’ Novembru 2007.

 

 

Seminar ta’ taħriġ għall-ħaddiema tal-kosta

29 ta' Ottubru 2007

 

Dan is-seminar bil-Malti ta’ nofs ta’ nhar, kien jifforma parti minn attivitajiet li l-Awtoritą tat-Turiżmu ta’ Malta għandha l-ħtieġa li tagħmel bħala parti mill-proċess biex tagħżel żewġt ixtut lokali biex jiġu meqjusa bħala xtut Blue Flag.

 

 

Bidu għall-Eko Diving

3 ta' Awissu 2007

 

Il-kunċett ġdid ta’ Eko Diving, ġie varat fil-Hotel Coastline bil-għan li joffri attivitą ta’ għadds ġdid għal dawk li jixtiequ jsiru jafu aktar fuq l-ambjent tal-baħar tal-Mediterran.

 

 

Taħriġ bażiku fil-bioloġija tal-baħar I

 

Dan il-kors offra tagħrif fuq l-aspetti differenti ta’ l-ambjent tal-baħar, kif ukoll żjarat kemm viċin u taħt il-baħar kif ukoll fil-laboratorju.

 

Wirja ta’ tagħrif fid-Dwejra Tower – Għawdex 

 

Plakek b’tagħrif fuq iż-Żona Marittima Mħarsa li hemm fid-Dwejra Heritage Park Għawdex, ġew iddiżinjati bla ħlas mill-IES u mgħoddija lin-Nature Trust.

Made by
Square Concept