Għadds Ekoloġiku

 

 

Xi speċi hemm mistura qalb il-ħaxix tal-baħar?  Għaliex l-algi u l-ħaxix tal-baħar huma differenti minn xulxin?  Xi speċi hemm mistura taħt ir-ramel, jew moħbija taħt pettijiet u fi xquq fil-blat? Il-vapuri mgħarrqa jilħqu l-għan ta’ skollijiet artifiċjali?  Kif jieklu u kif jirriproduċu n-numru ta’ organiżmi marittimi?  Liema huma dawk il-ħlejjaq li jgħixu fl-għerien mudlama u fuq il-qigħan tal-baħar fejn ftit li xejn jaqa dawl?  Qatt kont taf li pjanti li jagħmlu l-fjuri għandhom firxi kbira taħt il-baħar?  Fil-gżejjer Maltin ġieli biedet xi fekruna tal-baħar?  Liema speċi ta’ mammiferi tal-baħar jidhru fl-ibħra madwar il-gżejjer Maltin?

 

 

L-għaddasa sejrin ikollhom l-opportunità li jingħataw tweġiba għall-dawn, u għall-mistoqsijiet oħra dwar speċi u l-ambjent naturali li jaraw matul l-għaddsiet ekoloġiċi li sejrin jiġu organizzati mill-IES.  Għadds ekoloġiku huwa idea ġdida fix-xena lokali li ġie varat dawn l-aħħar xhur mill-IES, sabiex jgħati l-opportunità lill-għaddasa kemm Maltin kif ukoll barranin, biex jitgħallmu aktar fuq l-ambjent tal-baħar Mediterran.  Issa l-għaddasa jista jkollhom aktar sodisfazzjon li jgħoddsu fil-baħar ċar tal-gżejjer Maltin u fl-istess ħin jitgħalmu aktar fuq il-ħlejjaq tal-baħar u l-ambjent naturali tagħhom.

 

 

Iltaqa ma’ dawk il-ħlejjaq li ma jidhrux mad-daqqa t’għajn u li ta’ spiss jaqbżulek.  Għati sehmek billi tgħodos b’mod sostenibbli u b’attenzjoni billi tiġbor tagħrif fuq kif tista’ tnaqqas l-impatti negattvi fuq l-ambjent tal-baħar. Apprezza l-importanza tal-biodiversità fil-baħar bil-għajnuna tal-bioloġisti esperti tagħna.  Ħu sehem fit-taħdidiet fuq l-ekoloġija tal-baħar mal-bioloġisti tagħna, u aqsam dan it-tagħrif ma’ għaddasa oħra. Kun parti minn dawn l-attivitajiet ta’ għaddsiet ekoloġiċi.

 

 

Din l-opportunità unika qed tiġi offruta lilek biex titgħallem u ssir taf aktar fuq il-ħajja tal-baħar u l-ambjent naturali tal-Mediterran. Taħdita fuq is-suġġett tkun mgħotija qabel kull għaddsa ekoloġika fejn jingħata tagħrif fuq il-ħajja li wieħed jista’ jiltaqa magħha kif ukoll fuq l-ambjent naturali li jsejjes l-aħjar inħawi għall-għadds madwar il-gżejjer Maltin.  Kull wieħed minn dawn il-postijiet għandu l-karatteristiċi tiegħu kemm mill-aspett fiżiku kif ukoll mill-aspett bioloġiku.  Wara kull għaddsa ekoloġika jkun hemm taħdita oħra fejn l-għaddasa jkollhom l-opportunità li jistaqsu dwar l-ispeċi u l-ambjenti naturali, u fuq xi aspetti oħra ambjentali li jkunu ltaqgħu magħhom matul l-għaddsa.  Tagħrif u dettalji oħra jingħataw mill-bioloġisti ta’ l-IES.

 

 

 

 

 

Postijiet fejn isir l-għadds ekoloġiku:

  • Ċirkewwa

  • Wied iż-Żurrieq

  • Il-Port il-Kbir

  • Iż-Żona Marittima Mħarsa minn Rdum Majjies sa Ras ir-Raħeb

  • Id-Dwejra (Għawdex)

  • Mġarr ix-Xini (Għawdex)

 

Jekk trid tkun taf aktar fuq dan l-Għadds Ekoloġiku, jew biex tieħu sehem f’dan il-Għadds Ekoloġiku, jekk jogħġbok għamel kuntatt magħna.

 

L-Istitut għal Studji Ambjentali ©2007
Drittijiet Miżmuma

English     Malti  

Aħbarijiet u Avviżi

more

Korsijiet imfasslin għal matul l-2008 

 

Wara s-suċċess tal-kors introduttorju fuq il-flora, l-fawna u l-ambjent naturali tal-Gżejjer Maltin, li kien imniedi aktar kmieni din is-sena, l-IES qed jipprepara kors intermedjarju bl-istess tema. Dan il-kors ser jittella’ bejn is-17 u s-26 ta' Novembru 2008.

 

Korsijiet

more

L-IES joffri numru ta’ korsijiet qosra marbuta max-xjenzi ambjentali.  Korsijiet fit-tul li jwasslu għal-degree jew diploma, għadhom mhux qed jiġu offruti għalissa.

Riċerka

more

L-IES għandu rabta mar-riċerka fix-xjenzi ambjentali, b’attenzjoni speċjali dwar l-ekoloġija u x-xjenzi naturali.

Attivitajiet imwettqa

Laqgħat għall-operaturi u l-impjegati ta' l-irziezet tal-ħut

 

Dawn il-laqgħat jiġbru fihom numru ta’ taħdidiet fuq aspetti bażiċi tal-ħajja ta’ taħt il-baħar u l-ambjenti tagħha, it-tkabbir tal-ħut u l-moniteraġġ ta’ l-attivitajiet ta' l-irziezet tal-ħut.

Attivitajiet ta' dan l-aħħar

more

L-Ambjent naturali u l-ħajja li tgħix fihom fil-gżejjer Maltin

 

Dan il-kors ta' nntroduzzjoni fuq il-flora, l-fawna u l-ambjent naturali tal-Gżejjer Maltin ttella' mill-IES bejn is-17 u s-26 ta' Novembru 2008.

 

 

Introduzzjoni għall-EIA

 

L-IES tella’ kors ta’ jumejn fuq il-prinċipji ta' l-istima ta’ l-impatt fuq l-ambjent bejn l-24 u l-25 ta’Ġunju 2008, bħala l-ewwel minn sensiela ta' korsijiet fuq l-istima ta’ l-impatt fuq l-ambjent.

 

 

EIA u SEA: passat, preżent u futur

 

L-IES tella’ seminar ta’ jumejn fuq l-istima ta’ l-impatt fuq l-ambjent u l-istima strateġika mill-aspett ambjentali.  Dan is-seminar ittella’ bejn it-8 u d-9 ta’April 2008.

 

 

Siġar Indiġeni Maltin

 

L-IES tella' kors qasir filgħaxija fuq is-siġar indiġeni Maltin, bejn il-11 u t-13 ta’ Frar 2008.  Minħabba t-talba li kien hemm għal dan il-kors, dan reġa ġie mtella’ bejn it-18 u l-20 ta’ Frar 2008.

 

 

Seminar ta’ taħriġ dwar l-analiżi ta’ EIA

 

L-IES flimkien ma’ Sherwood Sustainability & Environmental Associates (UK), tellgħu seminar ta’ ġurnata fuq Environmental Impact Assessment, Review Training.  Dan is-seminar sar fis-7 ta’ Novembru 2007 fil-Hotel Coastline fejn reġa ġie mtella’ l-għada t-8 ta’ Novembru 2007.

 

 

Seminar ta’ taħriġ għall-ħaddiema tal-kosta

29 ta' Ottubru 2007

 

Dan is-seminar bil-Malti ta’ nofs ta’ nhar, kien jifforma parti minn attivitajiet li l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta għandha l-ħtieġa li tagħmel bħala parti mill-proċess biex tagħżel żewġt ixtut lokali biex jiġu meqjusa bħala xtut Blue Flag.

 

 

Bidu għall-Eko Diving

3 ta' Awissu 2007

 

Il-kunċett ġdid ta’ Eko Diving, ġie varat fil-Hotel Coastline bil-għan li joffri attività ta’ għadds ġdid għal dawk li jixtiequ jsiru jafu aktar fuq l-ambjent tal-baħar tal-Mediterran.

 

 

Taħriġ bażiku fil-bioloġija tal-baħar I

 

Dan il-kors offra tagħrif fuq l-aspetti differenti ta’ l-ambjent tal-baħar, kif ukoll żjarat kemm viċin u taħt il-baħar kif ukoll fil-laboratorju.

 

Wirja ta’ tagħrif fid-Dwejra Tower – Għawdex 

 

Plakek b’tagħrif fuq iż-Żona Marittima Mħarsa li hemm fid-Dwejra Heritage Park Għawdex, ġew iddiżinjati bla ħlas mill-IES u mgħoddija lin-Nature Trust.

Magħmula minn
Square Concept